Immodernizzar lill-pitkalija preżenti b'sistema aktar moderna u ġusta. Il-prodott li jinġieb mill-bidwi għandu jgħaddi minn grading dwar id-dehra u l-kwalita`. Prodott li hu anqas tajjeb jew bi kwalita` inferjuri, m'għandx ikun fl-istess keffa ma' dak ta' kwalita` ferm aħjar. Il-bidwi li jieħu aktar ħsieb il-prodott tiegħu għandu jitħallas aħjar. Għandu jkun hemm tqassim aħjar ta' x'prodotti għandu jkun hemm fis-suq fit-tali staġun, b'hekk ħafna prodotti ma jintremgħux bla bżonn.
Din għandha tkun wegħda elettorali u titwettaq minnufih minn gvern ġdid Nazzjonalista.
Forsi wkoll ikun hemm packing station li mill-pitkalija l-process Malti jkun ippakkjat ghall-bdiewa Maltin bhal Lidl u supermarkets ohra. Il-bidwi ghandu jithallas tajjeb u mhux bic-cekcik..
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation