Skema biex nattiraw persuni b’intelliġenza partikolari biex jgħixu u jaħdmu f'Malta – minflok nattiraw persuni li jridu jaħslu l-flus, jaħarbu eċċ... Kunċett li ilhom jużaw l-Amerikani u jsejħulha “the US secret weapon” vide https://en.wikipedia.org/wiki/H-1B_visa. Speċjalment xjenzati fil-qasam tal-climate change li jafu jiddejqu jgħixu l-Amerka bħalissa. U Anki minn pajjiżi bhar-Russja, iċ-Ċina eċċ.. id-differenza hi li dawn ikollhom IQ kbira u mhux neċessarjament kont il-bank kbir.
Kieku nies bħal Einstein kellhom jiġu Malta minflok imorru l-Amerika u jsiru Maltin kieku kien ikollna Malti li rebaħ il-premju Noble.... passaport għal IQ għoli u mhux għal kont il-bank. In the long run nieħdu iktar minn investiment f'moħħ milli minn € 600,000 li minnhom ikun hemm xi kickbacks abbli eċċ... Din l-idea tabbina ruħha mal-idea tiegħi l-oħra ta' Malta ċentru ta' eċċellenza.
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation