Gvern ġdid għandu jieqaf jorganizza GVERN LI JISMA' għax din ħela ta' ħin u flus, u ssir biss bħala propaganda tal-gvern. Minflok il-gvern għandu jiċċentralizza l-customer care tiegħu biex tonqos il-burokrazija. U jwaqqaf sistema li tħaddem l-eID biex iċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jivvutaw f'referenda online u bl-ATMs dwar ċertu kwistjonijiet li jistħoqqilhom iżjed konsultazzjoni u approvazzjoni. Dil-proposta ma tiswiex ħafna flus u tħaddem il-prinċipju taċ-ċittadinanza attiva.
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation