Fil-passat il-gvern ta artijiet lill-klabbs sportivi fuq bazi ta' hlas annwali lill-gvern tramite Sportsmalta. Ikun ghaqli li nnehhu dawn il-hlasijiet ghaliex huma mazzra mal-klabbs l-aktar meta tqis li l-ispejjez tal-manutenzjoni qed isiru kollha mill-klabbs li wara kollox huma kollha volontarji. Dan kollu jghin sabiex il-klabbs u n-nurseries taghna jkollhom aktar nifs sabiex jibqghu jahdmu f'dan il-qasam. Hekk inkunu qed nghinu u nheggu aktar il-volontarjat u l-isports sa minn eta' zghira.
Jekk qed jintalab hlas, il-manutenzjoni bhal fencing, art artificjali etc. ghandha ssir min-naha tal-gvern centrali aktar w aktar meta tqis li l-fond tal-kawzi gusti baqa' stagnat jew ahjar uzat ghal min irridu biss! L-ghaqdiet huma kollha volontarji u rridu nghinuhom sabiex nincentivaw aktar il-volontarjat u l-isports. Dan huwa konformi mad-dokument li hareg il-PN dwar l-isports u l-obezita' anke wara l-mozzjoni mressqa mill-Onorevoli Robert Cutajar dwar l-istess suggett.
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation