Jien SLSA xahar ieħor inlesti d-Diploma in Facilitating Inclusive Education fl-Universita. Miegħi hemm LSA's li jaħdmu fi skejjel tal-knisja jew indipendenti. Dawn, hekk kif spiċċat l-ewwel sena ħadu l-grad ta' LSA1(scale 15) u issa meta nlestu l-course jiġu awtomatikament LSA2 (scale 12). Aħna li naħdmu fl-iskejjel tal-istat irridu nistennew li joħorġu l-calls għal LSA1 jew LSA2 (u dawn idumu biex joħorġu, ġieli anki snin) u jekk ngħaddu mill-interview nitilgħu grad. Għalija din hi inġustizzja
Jien u ħafna oħrajn bħali nixtiequ li aħna nieħdu l-grad li ħaqqna awtomatikament meta nlestu l-course bħal dawk LSAs li jaħdmu fl-iskejjel tal-knisja u indipendenti. Grazzi Pauline Zammit
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation