Ir-realtà hi li kulħadd jiġi mibni permezz tal-edukazzjoni. Issa jekk l-edukazzjoni se nibqgħu nbaxxulha l-importanza tagħha, ħa nibqgħu mmorru dejjem iktar għall-agħar. U b'dan ma jfissirx li ninkludu iktar teknoloġija bħat-tablets jew l interactive whiteboards, hemm bżonn biddla tas-sistema, tal-kotba, tas-sistema tal-HWs u li tmut l-idea li jsir dak li jixtiequ l-ġenituri. Dawn mhumiex imħarġa fl-edukazzjoni u billi 'nikuntentawhom' ma nkunu qed nagħmlu xejn ħlief inħassru l-uliedhom.
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation